Sociologist from Malta

Sunday, April 01, 2018

Min hu wahdu f’dawn iz-zminijiet - Michael Briguglio


  Image result for loneliness
Paradoss ta’ zminijietna hu li filwaqt li l-bliet u l-irhuha qed jikbru,  is-socjeta’ qed tkun karattierzzata ukoll minn nuqqas ta’ sens ta’ komunita’, individwalizazzjoni f’oqsma varji tal-hajja u nies li jhossuhom wahidhom qalb il-folla.

Ha naghmilha cara: Jien nemmen li l-individwalizmu hu pedament importanti ta’ demokrazija liberali li tpoggi lill-persuna fic-centru tal-politika. Huwa tajjeb li jkollna l-identita’ u l-ideali taghna, u huwa tajjeb li jkollna l-opportunita’ li navvanzaw f’hajjitna. Izda in-naha l-ohra tal-munita turina li kemm il-darba jkollna quddiemna toroq difficli, fejn ma jkollniex ghazla hlief li naghzlu direzzjoni jew ohra minghajr ma nkunu nafu ezatt fejn ser twassalna.

F’dan il-paradoss insibu li hemm bosta nies li jhossuhom wahidhom. Ma jhossuhomx parti mill-komunita’ jew minn xi grupp socjali. Forsi ghandhom nuqqas ta’ interazzjoni ma’ familjari u hbieb, u forsi jbatu minn mard fiziku jew mentali.

Fatturi socjologici u psikologici jistghu ikollhom effett kbir fuq l-integrazzjoni socjali ta’ l-individwu. Per ezempju hemm studji li juru l-hbiberiji huma important hafna ghas-sahha ta’ persuni anzjani.

Nies ta’ etaijiet differenti jistghu ihossuhom wahidhom meta jkun qed jaggustaw ghal bidliet f’hajjithom, jew meta jkunu qed jipprovaw isibu sit socjali fejn jintegraw. Dan jista’ jigri fil-process edukattiv, fuq il-post tax-xoghol, u anke f’relazzjonijiet personali li jkollu l-indivdwu.

Meta navvanzaw fl-eta’ nistghu ukoll niffacjaw sfidi ghall-identita’ taghna. Dan il-process jista’ jkun wiehed felici izda jista’ jkun ukoll wiehed fejn insibuha difficli nintegraw ghall-kuntest gdid. Per ezempju kemm il-darba nisimghu dwar persuni ta’ eta’ anzjana li taqbadhom dipressjoni meta’ jsiru penzjonanti ghax isibu quddiemhom vojt li jidher etern.

Ghalhekk huwa importanti li l-politika socjali tipprovva ssahhah il-komunitajiet fis-socjeta’. Dawn jistghu ikunu komunitajiet lokali, fuq il-post tax-xoghol u fl-edukazzjoni,  u jistghu ikunu ukoll komunitajiet ta’ persuni b’esperjenzi, gosti jew kulturi simili. Investiment ikbar fil-kunsilli lokali, fl-ghaqdiet non-governattivi u f’inizjattivi edukattivi, socjali u kulturali jistghu jghinu f’dawn ir-rigward.

Tajjeb ukoll li l-politika socjali tipprova tnaqqas il-faqar u l-inugwaljanza, li kemm il-darba jwasslu ghal nuqqas ta’ integrazzjoni socjali ta’ bosta’ nies. Dan jista’ jirrizulta meta bosta inizjattivi jew opportunitajiet ikunu kummercjalizzati b’tali mod li jeskludu certu nies minhabba l-prezz taghhom.

Kuncett important biex jikkumbatti s-solitudni hu dak tal-kapital socjali. Hawnhekk socjologi, ekonomisti u psikologi jirreferu ghal fatturi bhan-netwerks f’hajjitna, kemm wiehed jafda lil dawk ta’ madwaru u r-reciprocita’. Ghall kuntrarju, fatturi bhall-koruzzjoni, individwalizmu sfrenat, ghettos socjali u nuqqas ta’ komunikazzjoni jistgu inaqqsu l-kapital socjali. 

F’socjeta’ fejn il-partiti politici ghandhom prezenza kbira f’oqsma varji tal-hajja, huwa importanti li tigi valorizzata  politika li temfasizza kemm il-kapital socjali, u mhux wahda li tisfrutta lil bniedem peress ta’ processi fejn il-vot jispicca arma biex nikkompettu ma’ xulxin ghall-privileggi. Tajjeb ukoll li l-politika tippromwovi bilanc ta’ drittijiet u dmirijiet, biex b’hekk l-individwu ikun verament parti mis-socjeta’ ta’ madwaru.

Dan l-artiklu deher fil-Mument, 1 ta' April 2018.




1 comment:

Anonymous said...

Prosit Michael. Your article is very assertive. I believe that too many politicians are mercenary and their greed for power is being fed by leading businessmen who hold them to ransom by sponsoring their electoral campaigns. Take a look around you and note how the demolishing mania of our identity, house of character and buildings with historical importance, not to mention the environment and the severe toll on the health of Messrs John citizens has been totally put aside as if it has no importance. How can people not feel lonely, abandoned to their destiny, when money has taken the place of God, our Christian values and principles now have become negotiable to the detriment of those who are weak and incapable of putting up a stand for their rights? Soon this country will be turned into a jungle of worthless concrete, non-identifiable as Malta and like South America, there will be only the very rich and the very poor! The way the Maltese have been manipulated by political demagogues like Mintoff, these mere 400,000 people have forgotten we are all living in the same country and whatever the government does, whether he is blue, green, red or yellow, we all suffer the same consequences! This is when I feel I have to question the level of the IQ of most people who have a vote!