Sunday, February 11, 2018

L-Ewropa tghir ghal Malta? - Michael Briguglio

Il-Mument, 11 ta' Frar 2018

L-ekonomija ta’ Malta qisha z-zring metaforiku li ma jirrealizzax li t-temperatura ta’ l-ilma tiela bil-mod il-mod. Imbaghad it-temperatura toghla wisq u z-zring imut. Anzi, s-sitwazzjoni ta’ Malta hi aghar, ghax il-Gvern qed jigi mwissi dwar il-korruzzjoni, il-hasil tal-flus u d-dipendenza zejda fuq certi setturi.

Ghandna ghal xiex ninkwetaw dwar il-process ta’ konsultazzjoni li l-Gvern nieda dwar il-bejgh tac-cittadinanza, jew kif inhi maghrufa ufficjalment, l-Individual Investors Programme (IIP). Ejja nzommu f’mohhna li meta habbar l-iskema wara l-elezzjoni tal-2013, Muscat kien wieghed li l-iskema tkun wahda temporanja.

Issa huwa car li l-iskema m’hijiex sempliciment skema fost l-ohrajn fil-politika tal-Gvern. L-iskema hija r-raguna ewlenija ghalfejn pajjizna ghandu surplus fiskali. Dan ifisser li Joseph Muscat u Edward Scicluna gabu lil pajjizna dipendenti fuq il-bejgh tac-cittadinanza.

Sa dan it-tant jippacifikaw l-opinjoni pubblika billi jisseducu lill-votanti biex jiehdu parti mid-dhul ekonomiku iggenerat mill-iskema. Izda b’hekk il-pajjiz qed isir ivvizzjat fuq politika ghazziena u insostenibbli li ma tistax tibqa’ hemm ghal dejjem. Ir-rizultat ahhari ta’ dan jista’ jgib rovina ekonomika specjalment jekk il-pajjiz ma jiggenerax modi ohrajn u sostenibbli ta’ tkabbir ekonomiku.

Tajjeb ninnutaw li l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) dan l-ahhar esprima d-dubji dwar l-IIP. Huwa veru li l-IMF innota s-success tal-Gvern fit-tkabbir ekonomiku, izda l-istess IMF qal li d-dhul mill-IIP huwa wiehed volatili u difficli li tbassar, u li l-iskema iggib maghha sfida ghall-aggustement fiskali fit-tul. Gie innotat ukoll li l-influss ta’ barranin qed igib mieghu zieda fil-prezz tal-propjeta’.

L-IMF qal li l-Awtorita’ tas-Servizzi Finanzjarji ghandha bzonn rizorsi adekwati sabiex jigu ssalvagwardjati ir-reputazzjoni u l-intergrita’ tas-settur finanzjarju ta’ Malta. Dan hu l-istess settur li kellu kunsens politiku ghal iktar minn ghoxrin sena u li issa qed jigi mhedded minhabba r-rezistenza tal-Gvern li jiehu azzjoni konkreta dwar il-hasil tal-flus, il-korruzzjoni u skandli bhall-Panama Papers.

Fil-fatt, fi kliem l-IMF, ‘robust implementation and effective enforcement of the Anti-Money Laundering framework is critical given the size of Malta’s financial sector, the fast-growing remote gaming activity, and the high demand for the IIP’.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna wiegeb ghar-rapport tal-IMF permezz ta’ stqarrija trionfalista u injora ghal kollox it-twissijiet imsemmija hawn fuq. Ma nkunx sorpriz jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat izid doza ikbar ta’ trionfalizmu billi jghid li bhall-istati membri ta’ l-Unjoni Ewropea, l-IMF qed tghir ghal Malta.

Ejja nzommu f’mohhna li l-ekonomija ta’ Malta ghanda daqs ta’ lokalita normali Ewropea. Fl-ahhar tal-2016 kienet tammonta ghal madwar 12-il biljun Ewro. L-ekonomija ta’ l-UE tammonta ghal 14,825 Billion Ewro.  Apparti min hekk, l-ahhar figuri tal-Eurostat juri li z-zona Ewro qed tesperjenza l-ikbar tkabbir f’ghaxar snin. U ghall-kuntrarju ta’ Malta, il-pajjizi l-ohra m’humiex dipendenti fuq il-bejgh tac-cittadinanza.

Ejja ma nhallux il-propaganda tal-Gvern tipperswadina li l-bqija ta’ l-UE qed tghir ghall-Prim Ministru Muscat. Jekk l-ekonomija ta’ Malta tikkollassa ma nistghux inwehhlu f’pajjizi ohra. L-impatt fuq Malta jaf ikun kbir, izda l-effett fuq l-ekonomija Ewropea ikun minimu. M’huwiex minnu li l-Ewropa kollha qed tistenna lill-Malta biex tigwida lill-pajjizi l-ohra. U jekk il-Gvern ikompli jiftahar b’rixu u jinjora kritika genwina, ikun qed jaghmel disservizz lic-cittadini tal-pajjiz.

Il-bejgh tal-passaporti ma jistax jibqa ghaddej ghal dejjem. U lanqas il-Gvern ta’ Joseph Muscat.