Sunday, December 17, 2017

Is-Solitudni fil-Milied - Michael Briguglio

Il-Mument 17 ta' Dicembru 2017

Paradoss fi zmien il-Milied: Fost il-ferh u c-celebrazzjonijiet, uhud ihossuhom wahidhom iktar minn qatt qabel.

Hemm min ihossu wahdu ghax m’ghandux ma min igawdi dan l-istagun ferriehi. Hemm min hu wahdu minhabba ragunijiet ta’ sahha mentali bhad-dipressjoni jew anzjeta’. U ezempji bhal dawn jistghu ikunu relatati ma’ xulxin.

Sfortunatament, suggetti bhas-sahha mentali u s-solitudni ma tantx huma popolari fl-istampa. Dan mhux minhabba xi antipatjija lejn dawn is-suggetti, izda minhabba li hemm suggetti ohra li huma iktar seducenti.

Izda jehtieg li dawk involuti b’xi mod jew iehor fil-politika jew fil-media inkunu iktar alerti ghal realtajiet socjali inqas sensazzjonali jew vizibli.

Per ezempju, huwa importanti li nifmhu li s-socjeta’ m’hijiex maghmula biss minn dawk li naqraw dwarhom fil-gazetti jew fuq facebook. Hemm bosta nies li jhossuhom wahedhom, li qed ibaghtu xi forma ta’ dipressjoni.

Dawn jistghu jinkludu penzjonanti godda li qed iduqu dinja gdida u solitarja wara snin twal ta’ impjieg. Jistghu jinkludu barranin minghajr familji jew hbieb. Persuni anzjuzi dwar bidliet li qed jghixu: fil-familja, fis-sahha, fir-relazzjonijiet, fuq ix-xoghol u fis-socjeta’. Jistghu jinkludu vittmi ta’ ibbulijar, sessizmu, razzizmu u forom varji ta’ disrkiminazzjoni. U jistghu jinkludu persuni li sempliciment ihossuhom ‘strangieri’.  Sahansitra jista’ jkun hemm ukoll persuni li m’humiex konxji jew attrezzati biex jiffaccjaw kwistjonijiet ta’ sahha mentali.

Meta niddiskutu u nanalizzaw dawn ir-realtajiet, tajjeb li ninnutaw li xi kultant anke persuni assocjati mal-poter jistghu ikunu dghajfa u fragli: dawn jistghu jinkludu ukoll irgiel eterosesswali li paradossalment ihossuhom iktar prekarji biex jitkellmu dwar is-sitwazzjoni taghhom.

Jehtieg li s-socjeta’ taghna tinfetah iktar f’din il-materja. Hekk sar f’kwistjonijiet bhall-LGBTIQ: suggett li kien taboo socjali sar wiehed prominenti fil-politika socjali.

Biex dan isir fl-oqsma tas-sahha  mentali u s-solitudni, il-politici, il-media u s-socjeta’ civli ghandhom rwol ewlieni. Jehtieg ukoll li fil-qasam edukattiv ikun hemm iktar emfasi u vizibilita’. Diga’ hemm min jahdem f’dawn l-oqsma: minn ghaqdiet bhall-Caritas u Richmond Foundation sa l-mijiet ta’ counsellors, psikologi, psikjatri, social workers u care workers li jahdmu minn wara l-kwinti.

Izda ikun tassew pass pozittiv jekk ikun hawn politika olistika li tizgura governanza tajba f’dan is-settur. Il-kontribuzzjoni ta’ entitajiiet pubblici, privati u l-volontarjat jistghu issahhu il-komunitajiet taghna. Skejjel, kunsilli lokali, il-media socjali jistgu kollha jghinu sabiex l-individwu ikun imharregg f’kas ta’ bzonn u sabiex is-socjeta’ tkun iktar sensibbli ghal dawn ir-realtajiet.

Fl-akkademja, hemm bosta suggetti li jittrattaw dawn il-kwistjonijet: dawn is-suggetti imorru lil’hinn mill-logika tas-suq, izda huma importanti ferm ghas-sisien tas-socjeta’. Ricerka empirika tista’ toffri l-evidenza neccessarja ghal-politika informata.

Ghalhekk, nappella sabiex il-hidma politika tikkunsidra ukoll suggetti inqas sensazzjonali izda li kemm il-darba huma iktar vicin il-hajja ta’ kuljum ta’ bosta nies: Fil-Milied ejjew nahsbu wkoll f’dawn li qed jghixu s-solitudni u problemi ta’ sahha mentali.