Thursday, December 28, 2017

Favur sistema ta’ taxxa ekwa - Michael Briguglio

Il-Mument 31 ta' Dicembru 2017
In-nuqqas ta’ governanza tajba tal-Gvern Laburista waslet biex pajjizna, flimkien ma xi pajjizi ohra, gie ttimbrat bhala ‘Tax Haven’ mis-Socjalisti, mill-Komunisti u mill-Hodor Ewropej. Li kieku ma kienx hemm oppozizzjoni b’sahhitha mill-Partit Popolari (EPP), mill-Liberali u mir-Riformisi u Konservattivi, Malta kienet ser tigi ttimbrata hekk mill-Parlament Ewropew.
L-EPP u l-alleati taghha qed jenfasizzaw li pajjizna m’huwiex ‘tax haven’ izda li l-gvern Laburista qed jeccedi l-limiti f’oqsma varji. Dawn jinkludu l-bejgh tac-cittadinanza Ewropea, u n-nuqqas ta’ azzjoni dwar il-Panama Papers u nnuqqas ta’ saltna tad-dritt. Il-qtil brutali ta’ Daphne Caruana Galizia kompla jitfa dawl ikrah f’dan ir-rigward.
L-EPP qed temfasizza ukoll li kompetizzjoni gusta ta’ taxxa m’ghandhiex tigi mhallta ma’ hasil tal-flus jew evazjoni ta’ taxxa.
Sfortunatament, il-Gvern ta’ Joseph Muscat ma jidhirx interessat li jnaddaf dak li holoq hu stess. L-interessi ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi qed jigu qabel dawk tal-haddiema fis-settur finanzjarju.
U filwaqt li l-Pilatus Bank qed ikun fl-ahbarijiet ghar-ragunijiet hziena, haddiema fl-industrija tal-finanzi qed jinkwetaw li ghoxrin sena ta’ xoghol siewi biex tinbena din l-industrija qeghdin f’riskju.
Is-settur tas-servizzi finanzjarji huwa kontributur importanti ghat-tkabbir ekonomiku u ghat-tkabbir tal-pagi f’Malta. Ta’ min jghid li fost ohrajn dan is-settur jinkludi servizzi fl-invesiment, insurance, trusts u penzjonijiet. Hawn iktar minn 53,000 kumpanija registrati f’pajjizna.
Malta zviluppat ligijiet u regoli effettivi taht gvernijiet Nazzjonalisti, u dan sehh anke permezz tal-koperazzjoni ta’ l-oppozizzjoni Laburista ta’ dak iz-zmien. Illum, fil-kuntest tal-Brexit jezistu opportunitajiet godda ghal Malta, izda il-Gvern Laburista jibqa’ jippersisti li jiddefendi dak li ma jistax jigi difiz.
F’diskors ricenti, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar is-saltna tad-dritt, izda dan jista’ jigi interpretat bhala ezercizzju ta’ public relations, jigifieri ta’ montatura, meta l-istess Prim Ministru baqa’ m’ghamel xejn dwar il-Panama Papers, il-protezzjoni ta’ whistleblowers, il-Bank Pilatus, il-hasil tal-flus, il-bejgh kontroversjali ta’ passaporti, il-privatizazzjoni kontroversjali tas-sahha u l-energija, u l-indipendenza ta’ istituzzjonijiet bhall-Pulizija u l-Avukat tal-Gvern.
L-ghebusija tar-ras tal-Gvern qeghda ccahhad diskussjoni sana u serja dwar is-servizzi finanzjarji. Per ezempju, huwa importanti li nifhmu li l-involviment ta’ ufficjali tal-Gvern fil-Panama Papers m’ghandiex tithallat mal-pozizzjoni fundamentalista ta’ dawk li jridu li fl-UE ikun hemm rata uniformi ta’ taxxa kullimkien.
Minflok, nistghu nitghallmu mill-politika ta’ l-UE dwar it-tibdil fil-klima. F’dan il-kas, l-unjoni ghandha mira wahda globali izda kull pajjiz imsieheb ghandu miri specifici li skond ic-cirkustanzi tieghu. Din it-tip ta’ politika tista tigi adattata fis-settur finanzjarju, u Malta ghandha targumenta li din hi nicca importanti ghal ekonomiji zghar. Izda biex il-Gvern jkun kredibli jehtieg li jaghti ezempju ta’ governanza nadifa u osservanza tar-regoli.
Il-paradoss ta’ dan kollu hu li Joseph Muscat jista’ jgawdi mill-investiment politiku tieghu meta jirtira minn Prim Ministru, izda s-socjeta’ Maltija ikollha thallas il-prezz ta’ governanza irresponsabbli.