Monday, October 16, 2017

Il-Housing Socjali fis-Siggiewi: Tajjeb Nistaqsu - Michael Briguglio

Il-Mument 15 ta' Ottubru 2017

Il-Gvern Laburista iddecieda li jizvilppa progett ta’ housing socjali ta’ 84 appartament fis-Siggiewi. Dan l-izvilupp qed iqajjem bosta mistoqsijiet.

Il-mistoqsijiet m’ghandhomx x’jaqsmu ma jekk pajjizna ghandux bzonn housing socjali. Nahseb li kulhadd jaqbel li f’socjeta’ solidali dawk l-iktar batuti ghandhom jinghataw ghajnuna mill-Gvern sabiex ikollhom post dicenti fejn jghixu.

Il-mistoqsijiet li jqajjem il-progrett tas-Siggiewi iktar ghandhom x’jaqmsu mal-metodu li qed juza l-Gvern biex iwettaq il-politika tieghu.

Per ezempju, hem thassib li dan l-izvilupp jista’ jwassal ghal ‘ghetto’ f’nofs komunita’ ezistenti fis-Siggiewi. Zvilupp ta’ dan il-kobor u l-influss ta’ numru kbir ta’ nies f’temp qasir jista’ jkollu numru ta’ konsegwenzi. Dawn jinkludu zieda ta’ traffiku u kongestjoni, izda jistghu jinkludu wkoll zieda ta’ problemi socjali.

Jista’ jkun hemm qasma u stigma bejn residenti godda u antiki, specjalment meta dawn ta’ l-ahhar ma gewx ikkonsultati kif suppost mil-Gvern. Jista’ jkun hemm qasmiet ukoll bejn residenti godda, specjalment jekk dawn ma jkunux jafu lil xulxin u f’daqqa wahda jridu jaddattaw ghal sitwazzjonijiet godda.

Ghalhekk, wiehed isaqsi jekk il-Gvern ikkunsidrax li jizviluppa progetti izghar u alternattivi, li jferrxu lil dawk intitolati ghal dan id-dritt madwar il-pajjiz kollu. Dan jista’ jiffacilita’ il-processi ta’ integrazzjoni u l-impatti fuq residenti ezistenti.

Wiehed isaqsi ukoll jekk il-gvern ghamilx studju ta’ impatt socjali. Dan it-tip ta’ studju jista’ jipprovdi evidenza importanti hafna ghal politika iktar sostenibbli.

Dan l-istudju ikun jista jivverifika l-impatt ta’ l-izvilupp fuq resident ezistenti u prospettivi. Ikun jista’ jistabilixxi profil tal-komunita, jipprovdi djalogu mar-residenti u jevalwa l-impatti ta’  progetti simili ohrajn.

Studju ta’ impatt socjali ikun jista’ ukoll jivverifika alternattivi ghal dan l-izvilupp, impatti varji, u mizuri li jtaffu ghall-izvilupp prospettiv.

Sabiex studju ta’ impatt socjali ikun validu u serju, jehtieg li jsir minn esperti bhal socjologi, ekonomisti u antropologi. Importanti li juza metodi varji sabiex jjgbor u janalizza l-evidenza migbura.

F’dan ir-rigward hemm numru ta’ mistoqsijiet ohra li tajjeb wiehed isaqsi :

Il-Gvern ikkunsidra l-impatt ta’ dan l-izvilupp f’staguni differenti ? Per ezempju ta importanza lis-sena skolastika ?
Il-Gvern ikkunsidra l-impatt fuq residenti minn toroq differenti fil-vicin tal-progett ? Sar xi forma ta’ kuntatt maghhom?

Il-Gvern ikkunsidra l-impatt ta’ zvilupp iehor li qed isir fil-lokalita?

Min huma l-esperti li uza il-Gvern sabiex jippjana u jwettaq dan il-progett ?

Gew stabiliti indikaturi socjali sabiex il-Gvern jevalwa l-impatti tal-progett ?

Il-Gvern ikkunsidra l-impatt ekonomiku fuq residenzi u negozji fil-madwar ?

Il-Gvern ikkunsidra l-impatt fuq l-immanigjar ta’ l-iskart, fuq il-parkegg u fuq is-sahha tar-residenti ?

Il-Gvern ser jikkumpensa lir-residenti tal-madwar jekk isir dan l-izvilupp?

Il-Gvern jeskludi ghal kollox li jikkunsidra alternattivi izghar u iktar imferxin ghal dan il-progett massiv ?

X’konttibut ser jaghti lill-lokalita’ dan l-izvilupp? U x’qed jaghmel il-Gvern biex jiddjaloga b’mod genwin ma dawk affetwati minnu?

Nawgura li l-Kunsill Lokali tas-Siggiewi li qieghed jaghmel hiltu biex jiddefendi l-kwalita’ tal-hajja tar-residenti tas-Siggiewi.